Hekk kif ninsabu fix-xahar ta' Novembru fejn infakkru l-memorji ta' dawk li sfortunatament m'għadhomx fostna, l-paġna Ftit Minn Kollox tirrimarka kemm il-bniedem kapaċi jkun stramb.
"Jargumenta mal-ħajjin u jagħti l-fjuri lill-mejtin.. jagħmel snin ma jkellimx lil xi ħadd ħaj u meta jmut jagħtih ġieħ," bdew huma.
Il-paġna Ftit Minn Kollox twassal messaġġ pożittiv dwar l-importanza li niftakru f'dawk ta' madwarna issa li għadhom ħajjin mhux meta jkun tard wisq hekk kif dawn ma jkunux għadhom fostna.
"Il-bniedem kważi japprezza iżjed il-mewt milli l-ħajja," temmew jistqarru huma.
Intom x'taħsbu?