Il-paġna ‘Malta Diżastru Totali’ illum qasmet ritratt mas-segwaċi tagħha tal-pride parade tas-sena l-oħra, li attendew għaliha l-Prim Ministru ta’ Malta Dr Robert Abela u l-membru tal-Parlament Ewropew Cyrus Engerer. Il-paġna, b’kumment satiriku qabblet lil dawn it-tnejn ma’ Freddie Mercury u Elton John, b’bosta jgħidu li għoġbuhom il-mustaċċi fuq Dr Abela!

Cyrus Engerer ma ħax għalih b’dan ix-xebħ, u minflok ikkummenta b’mod satiriku hu ukoll. “il-biljetti għall-kunċert ser joħorġu daqt, oqgħod attent Robbie Williams” kiteb, jalludi għall-kunċert tant mistenni ta’ dan is-sajf.


Nicole Zammit