Indeċiż jekk tibdix tibdel il-gwardarobba għal tax-xitwa u terfa l-ħwejjeġ tas-Sajf? Mintix waħdek!
Għalkemm il-perċezzjoni tan-nies hi l-Ħarifa bdiet ilbieraħ, l-istaġun ser jibda propju għada.
Bil-maġġoranza tal-iskejjel jibdew għada wkoll, li tista’ tibda tlesti żgur huwa biex tilqa’ lit-traffiku li ta’ kull filgħodu ser jirritorna fit-toroq Maltin. Xi pjaċir!
Illum il-Ħadd esperjenzajna ftit tax-xita, iżda kif jidher li ser ikun it-temp din il-ġimgħa fil-bidu tal-Ħarifa?
Jidher li għada t-Tnejn ser ikun ftit li xejn imsaħħab, bis-sħab u r-riħ jiżdiedu nhar it-Tlieta. Mill-Erbgħa l’hemm għandna nistennew x-xemx għal darb’oħra.
Għadu ma jridx jiddeċiedi qisu!