Dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Victor Scerri, Naxxari li tant għożż u ħabb il-Belt Valletta. It-tifla tiegħu Marvic ħalliet messaġġ lil missierha, "Għażiż missier, Alla rak għajjien, u kura ma kellhiex tkun, għalhekk poġġa jdejh madwaru, u għajjatlek 'Ejja ħdejja'. B’għajnejn bid-dmugħ rajniek, rajniekom titlaq."

Marvic tkompli tgħid, "Għalkemm ħabbejniek ħafna, ma stajniex inġegħluk tibqa'. Qalb tad-deheb waqfet tħabbat, idejn li ħadmu tant issa jistrieħu. Alla kiser qlubna biex jurina li hu biss jieħu l-aħjar. Iva mħabba tiegħi, int kont l-aqwa missier ta’ kulħadd."

Aħna ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha. Nittamaw li jsibu l-faraġ li hemm bżonn.

Facebook / Marvic Fenech


Emil Calleja Bayliss