Malta u Għawdex ħadu diversi titli li jagħtuhom ġieħ matul iż-żmien, u jidher li l-valur tal-gżejjer Maltin għadu qed jiġi onorat sal-lum il-ġurnata. Fil-fatt il-belt kapitali ta' Malta għadha kemm kisbet titli relatati mal-ikel.

Minn tletin belt Ewropea li ġew studjati, il-Belt Valletta ġiet il-ħames post bħala l-lokalità ideali jekk tixtieq tmur tiekol f’belt. Skont il-paġna Department of Information, il-Belt Valletta ġiet fit-tieni post bħala l-belt li toffri varjetà ta’ ikel veġeterjan u; fir-raba’ post bħala l-belt kapitali li toffri għażla għal min irid jieħu kolazzjon fit-tard.

Din mhix sorpriża għalina hekk kif ilkoll nafu kemm il-Maltin u l-Għawdxin huma magħrufa bħala nies li jħobbu lil żaqqhom! Għaldaqstant, ċertament li t-talent fl-ikel ma jonqosx.

Instagram/ motionlapse


Kyle Zarb