Matul il-ħdax-il episodju tal-programm L-Inspjegabbli, li se jixxandar għada fuq TVM+ fil-17:15,ser nitkellmu dwar iċ-ċiviltà ta’ Atlantis.

Il-Filosofu Grieg Plato kiteb dwar il-kontinent mitluf ta’ Atlantis f’tnejn mid-djalogi filosofiċi tiegħu, Timaeus u Critias. Huwa jgħid li Atlantis kien ilu jeżisti 9000 sena qabel ma twieled hu u fih kienet tgħix ċiviltà avvanzata ħafna.

Diversi storiċi u kelliema ilhom snin twil jiddibatu jekk iċ-ċiviliazzjoni ta’ Atlantis hix waħda mitoloġika jew eżistiet verament.

Inti taħseb li l-belt ta’ Atlantis kienet teżisti verament jew hija allegorija filosofika?

Il-programm L-Inspjegabbli jkun ripetut il-Ħamis fil-23:15 fuq TVM+, il-Ġimgħa fil-23:00 fuq TVM u l-Ħadd fis-19:15 fuq TVM+.

Tistgħu wkoll issegwu programmi li diġa’ xxanddru billi tidħlu f’din il-ħolqa: https://tvmi.mt/series/967 

L-Inspjegabbli huwa preżentat minn Kevin Mercieca, li jieħu ħsieb ukoll il-produzzjoni, mgħejjun minn Kurt Pawley u Jonathan Farrugia. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ Flash Productions.

Atlantis


Kyle Zarb