Ilbieraħ ġewwa ż-Żejtun ġiet iċċelebrata Żejt iż-Żejtun, festival folkloristiku li ħafna nies attendew għaliha, u li ta’ kull sena ikunu qegħdin jistennewha bi ħġarhom. Din is-sena dan il-festival irritorna wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija.

Wieħed seta’ jsib ikel malti tradizzjonali bġal ftajjar, bebbux, laħam taż-żiemel, fost oħrajn, wirjiet ta’ muturi agrikoli, annimali, nies b’ilbies tradizzjonali, għana, u ħafna aktar. Fl-attendenza kien hemm ukoll il-President George Vella u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici. “Il-Belt taż-Żejtun xiddet l-aqwa libsa tagħha, fetħet il-bibien beraħ biex il-Maltin u t-turisti setgħu jaraw is-sbuħija u r-rikkezzi storiċi u patrimonjali” kiteb il-Ministru Bonnici fuq il-paġna uffiċċjali tiegħu.

Huwa wkoll kiteb fuq kemm laqtu l-messaġġ tal-President ta’ Malta, fejn enfasizza l-importanza li “nħarsu l-aspetti kulturali tad-diversi Bliet u rħula tagħna.”


Nicole Zammit