Is-Soċjetà Mużikali Beland, is-soċjetà Żejtunija lbieraħ qasmet aħbar ta' diqa, hekk kif wieħed minn uliedha, ġie nieqes. Huma qasmu din l-aħbar fuq il-paġna tagħhom fejn kitbu, "Insellmu l-memorja għażiża ta' Joseph Bondin; membru ta' din is-Soċjetà. Strieħ fis-sliem!"

Joseph Bondin, li għadda għall-ħajja ta’ dejjem ilbieraħ filgħodu, fl-età ta’ 67 sena. Ibnu Jonathan ħallielu messaġġ mill-isbaħ, "Huwa ħa ħsieb ħafna biex jissodisfa l-bżonnijiet tagħna. Kollox ma ’kollox, tlift wieħed mill-eroj tiegħi. Kompli ħares lejna Papà!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-Għaqda tal-Beland, il-familjari u l-ħbieb ta' Joseph. Ninsabu ċerti li l-memorji li ħalla warajh ħa jibqgħu jgħixu f'dawn l-aktar għeżież. Strieħ fis-sliem Joseph.

Facebook / Ġimgħa l-Kbira Żejtun


Emil Calleja Bayliss