Aktar ma jmur, il-bandiera Maltija qed tersaq viċin il-finali tal-World Flag Tournament li qed isir fuq Facebook. Il-Maltin fażi wara fażi qed jaħdmu bi ħġarhom sabiex il-bandiera Maltija tirbaħ l-isfida tal-pajjiż li kontrieh inkunu mpoġġija.
Din id-darba jmiss l-isfida tal-Messiku, pajjiż li fid-daqs tiegħu hu ferm akbar minn Malta iżda s'issa l-bandiera Maltija qed tgawdi vantaġġ qawwi. Dan għaliex għandu 89% tal-voti! Dan ifisser li fl-ewwel sitt sigħat tal-votazzjoni, daħlu aktar minn 5,000 vot għal bandiera Maltija.
Mill-ġdid qed ninotaw ukoll li hemm xi Maltin li donnhom irridu jisfidaw lill-Maltin l-oħra u ma vvuttawx għal Malta. Nittamaw li Malta tirbaħ din l-isfida u tavvanza għall-fażi li jmiss.