Il-grupp The Kolors żdiedet għall-fama fl-2015 wara li pparteċipaw, u rebħu l-ispettaklu popolari ħafna tat-talent Amici. Huma dehru wkoll fl-MTV Music Awards Taljani u f'Sanremo Music Festival fost oħrajn.
Din is-sena, se nkunu qed narawhom fuq il-palk prinċipali tan-Notte Bianca. Is-single tal-tal-2019 ‘Pensare Male’ spiċċat Platinum u kellhom ukoll kollaborazzjoni mal-kantanta u mudella Taljana Elodie. Din il-kanzunetta saret l-aktar kanzunetta li ndaqqet fuq ir-radju fl-2019 skont il-gazzetta Taljana TV Sorrisi e Canzoni.
Il-banda tikkonsisti fi tliet membri; il-vokalist ewlieni Stash Fiordispino, id-drummer Alex Fiordispino u l-bassist/synth player Daniele Mona. Minbarra l-mużika tagħhom, huma kkollaboraw ukoll ma’ artisti internazzjonali oħra, fosthom ir-rapper Gucci Mane u J-AX, bil-kanzunetti tagħhom ta’ spiss jokkupaw l-ewwel għaxar post fiċ-charts tal-mużika Taljani u globali.