Bajja bi ġmiel naturali popolari ma’ ħafna nies tal-lokal u ħafna turisti hija bla dubju ta’ xejn dik tax-Xwejni, parti mir-raħal pittoresk taż-Żebbuġ Għawdex. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Dipartiment tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward din il-meravilja naturali.
Huma qalu, “Il-Bajja tax-Xwejni tinasb fit-tramuntana tal-gżira Għawdxija. Din il-bajja, hija post popolari għall-għawm u tintuża wkoll bħala l-punt ta' tluq għall-għaddasa li għadhom jibdew. Din ix-xtajta biċ-ċagħaq tinsab bejn il-bajja tal-Qbajar fuq naħa u Wied l-Għasri fuq in-naħa l-oħra.”
Żiedu jgħidu, “Ftit 'il bogħod mill-bajja tax-Xwejni wieħed jista’ jilmaħ is-salini. Dawn is-salini joffru ħarsa lejn il-prattika tradizzjonali tal-ġbir tal-melħ. Wieħed għadu jista' jesperjenza l-mod tradizzjonali ta' kif jinġabar il-melħ sal-ġurnata tal-lum.”