L-attriċi lokali Rita Camilleri tfakkar il-memorja għażiża ta’ ommha li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem 15-il sena ilu. F’qalbha żgur li għandha memorji li ma jintemmu qatt, mumenti speċjali li tibqa’ ġġorr bħal ma aħna nġorru tal-għeżież li ħallewna.
Rita tikteb, “15-il sena ilu kienet l-aħħar darba li għidt il-kelma ‘mummy’. Tlifniek u ħallejt vojt kbir warajk li ħadd ma rnexxielu jimla. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, għażiża mummy, agħtihom tgħanniqa lil daddy u lil Anna mingħandi. Inħobbok ħafna.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tagħha. Ninsabu ċerta li tinsab tħares lilha, lit-tifel tagħha u anke n-neputi minn fejn tinsab. Strieħ fis-sliem għażiża.
Facebook / Rita Camilleri