Wara s-suċċessi ta' Duurella u tant produzzjonijiet oħra li ħa sehem fihom, il-preżentatur Brandon Terribile llejla ser jirritorna fuq it-Televiżjoni permezz tal-programm TONIGHT!

Dan il-programm se jkollu kull ma tista' timmaġina għal lejla spettakolari, fosthom mużika LIVE, mistednin maħbubin u magħrufin magħkom ilkoll, kurżitajiet dwarhom, memorji mill-passat u se taraw anke xi sketches komiċi! 

"Il-ġurnata fl-aħħar waslet. Illejla jibda Tonight, fid-21:00 fuq ONE." Brandon kiteb dan aktar kmieni llum fuq il-profil tiegħu waqt li laqqagħna mat-tliet mistednin li ser ikollu miegħu llejla; Lara Azzopardi, Tiziana Calleja u Julian Calleja! Mir-ritratt jidher diġà li dawn ser ikomplu jqajjmu l-atmosfera tal-lejla... min jaf... forsi xi sfida li daħlu għaliha?!

Naraw dan u aktar, illejla waqt Tonight ma' Brandon Terribile fid-21:00 fuq ONE! F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw aktar suċċessi lil dan il-preżentatur bravissimu!


Kyle Zarb