L-attur eċċellenti Dorian Micallef, li jaħdem il-parti ta’ L-Pops f’Division 7, jipparteċipa f’dan il-filmat li qed jittella mis-sit tas-Saħħa fejn jgħaddi messaġġ tassew importanti rigward id-deċiżjoni tiegħu fuq il-vaċċin tal-Covid-19.

“Il-ħsieb li pass wieħed ħażin, azzjoni waħda irresponsabbli min-naħa tiegħi tista’ taffettwa ħażin lil kull membru tal-familja tiegħi kien ilu jberren f’moħħi sa mill-bidu nett. Din il-pandemija kienet iebsa mhux biss mil-lat fiżiku imma wkoll mil-lat mentali. Irrid inħalli dan kollu warajja u nerġa’ nibda ngħix in-normalità li naf u għalhekk ser nieħu l-vaċċin flimkien għal Malta u għal xulxin. "

Prosit Dorian talli taħseb mhux fik biss iżda f’ħaddieħor ukoll.

Facebook / Saħħa


Rowena Calleja