Daniel Chircop riċentament kien wieħed mill-mistiedna tal-programm Ara Min Mar li jixxandar fuq NET kull nhar ta' Sibt fit-15:00. Hu programm li fih it-telespettatur ikollu ċ-ċans jisma' dwar diversi esperjenzi ta' nies li marru l-missjoni.

L-ewwel esperjenza ta' Daniel kienet ġewwa Żambia u jgħid li kienet esperjenza tassew speċjali, esperjenza li jista' jifhem biss min jitla' għaliha. Daniel jistqarr li għalkemm għalih ma kienx ta' xokk enormi meta mar hemm għax siefer ħafna drabi ġo pajjiżi differenti, iżda r-rabta li bena mat-tfal hija waħda speċjali.

Hu jirrakkonta wkoll l-episodju meta ddeċidew li jixtru ż-żraben lit-tfal u barra ż-żraben xtrawlhom ukoll il-kalzetti. Hu jirrakkonta wkoll l-episodju ta' meta ra raġel ġie jbigħ il-ġrieden għall-ikel, għalkemm hu xtaqt jiekol wieħed spiċċa ma għamilhiex.

Daniel dejjem kien imdawwar bit-tfal! Hu fihom jara t-tfal tiegħu. F'dak iż-żmien bena rabta magħhom speċjalment ma' xi erbgħa minnhom. Wieħed jista' jsegwi l-intervista kollha ta' Daniel billi jidħol HAWN.


Gwida.mt