Ir-raġel ta’ 42 sena li miet ġewwa Ħal Far fis-6 ta’ April 2019, Lassana Cisse, illum ġismu intbagħat lura ġewwa l-pajjiż fejn twieled, Il-Kosta tal-Avorju. Lassana miet minħabba li sparaw fuqu 2 eks-suldati li ma kinux qegħdin fuq xogħol, wara li kien miexu lura d-dar wara li mar jara logħoba futbol ma’ sħabu.

Illum stess, familtu tatu l-aħħar tislima, hekk kif sarlu funeral li attendew għaliha bosta nies inkluż ommu u ż-żewġt itfal tiegħu. Pjanijiet sabiex ġismu jittieħed il-Kosta tal-Avorju bdew mill-bidu tas-sena 2020, iżda dan dam daqshekk minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, fejn il-Kosta tal-Avorju kienet immarkata bħala żona ħamra skura, u din ħolqot diffikultà kbira sabiex jasal il-ġisem tal-mibki Lassana. L-attivista tad-drittijiet umani Maria Pisani marret ukoll fuq dan il-vjaġġ għall-Kosta tal-Avorju.

Iż-żewġt irġiel li sparaw fuqu kienu attentaw qtil ta’ żewġ irġiel oħra, u inċident ta’ hit-and run. Il-vittmi tagħhom kollha kienu nies ta’ ġilda skura, li jagħmel dan il-qtil motivat bil-preġudizzju li għandhom fuq ir-razza.

lovinmalta.com


Nicole Zammit