Il-kitba li kitbu llum Ftit Minn Kollox hija dwar il-ħin li bla dubju ta’ xejn huwa l-aktar ħaġa imprezzabli possibli fid-dinja. Flus u oġġetti materjali nafu kemm għandna biss ħadd ma jaf kemm fadallu ħin.
Bdew billi qalu, “Il-ħin huwa b'xejn, ma nixtruhx bil-flus, iżda huwa imprezzabbli. Mhuwiex tagħna, imma nistgħu nużawh. M'għandniex kontroll tiegħu, ma nistgħux inwaqqfuh jew inreġġgħuh lura, imma nistgħu ngħixu l-ħin li ġej mill-aħjar li nistgħu. Ladarba nitilfu minnu, ma nistgħux niksbuh lura.”
Żiedu wkoll, “Meta xi darba jitwaqqaf il-ħin tagħna, m'hemm xejn isbaħ milli nkunu sodisfatti u fil-paċi mal-kuxjenza u man-nies ta' madwarna.” Temmew billi qalu, “Għalhekk, Qabel targumenta, ħu n-nifs. Qabel ma titkellem, isma'. Qabel ma tikkritika lil ħaddieħor, eżamina lilek innifsek. Qabel ma tikteb xi ħaġa, aħseb. Qabel ma tweġġa’ lil xi ħadd, prova ħoss it-tbatija li tkun se tikkaġuna. Qabel ma taqta' qalbek, erġa' prova. Qabel ma tmut, għix.”