Minkejja li bħalissa ninsabu fl-eqqel tal-istaġun xitwi għadha qed tinħass b'mod sinifikanti n-nuqqas ta' xita li tolqot lill-gżejjer Maltin.

Madankollu, skont l-aġġornament tat-temp tal-Malta International Airport, jidher li għall-ġimgħa d-dieħla speċifikament min-nhar l-Erbgħa għandna nistennew xi ħalbiet tax-xita li sa jippersistu żgur sa nhar il-Ħamis.

It-temperaturi sa jkunu qiegħdin ukoll jinħassu xi ftit iktar kesħin hekk kif filwaqt li tul dawn l-aħħar jiem kien hemm medja ta' 19°C, f'xi waqtiet nhar l-Erbgħa u l-Ħamis sa tkun qiegħda tinżel ukoll għal 12°C.

Intom x'taħsbu dwar in-nuqqas ta' xita li qed naraw tul dan l-istaġun?

Ritratti: Malta International Airport Weather


Cristian Tonna