Esperta Awstraljana saħqet li l-ġenituri għandhom jiġu kostretti jieħdu kunsens mingħand it-trabi tagħhom qablu ma jibdlulhom il-ħrieqi.
Din l-opinjoni qajmet kontroversja liema bħalha hekk kif diversi persuni ddeskrivewha bħala "redikola" minħabba l-fatt li t-trabi m'għandhomx l-abbiltà bażika li jirikonoxxu s-sitwazzjoni ta' madwarhom u jgħidu l-bżonnijiet tagħhom.
B'rispons għal din il-kritika, l-esperta saħqet illi hija konxja li t-trabi m'għandhomx l-abbiltajiet verbali sabiex jesprimu fehmthom, biss iddeskriviet il-"kuntatt tal-għajn" bħala mod iktar effettiv kif tarbija tista' tagħti l-kunsens tagħha.
Intom x'taħsbu?
Sors: Her