Il-kantanta ċkejkna Emma Kate, li sentejn ilu rajnieha tikseb it-tielet post fil-Malta Junior Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Bounce, nediet il-kanzunetta ġdida tagħha Upside Down.
Fuq il-mezzi soċjali tikteb, "Jien eċċitata mmens li nista' naqsam magħkom il-kanzunetta ġdida tiegħi, Upside Down. Din il-kanzunetta hija tassew speċjali għalija, għax titkellem dwar dawk in-nies inkredibbli li jdawru d-dinja tiegħi ta’ taħt fuq — bl-isbaħ mod possibbli."
Hi tkompli, "Il-ħbieb tiegħi huma kollox għalija, u din il-kanzunetta hija ġieħ għalihom u għall-appoġġ, l-imħabba, u d-daħk li jġibu f’ħajti. Kelli l-unur nikteb din il-kanzunetta flimkien mal-brillanti Josh Wunderlich, Marcus Winter-John, u Joe Julian Farrugia. Dawn l-artisti mimlija talent għenuni nagħti ħajja lil din il-kanzunetta, u jien kburija b’dak li ħloqna flimkien."
Emma Kate tgħid, "Upside Down tfakkarna kemm hu importanti li jkollok dawk il-ħbieb li dejjem ikunu hemm għalik, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Din hija dedikata għal dawk in-nies li dejjem jgħolluk 'il fuq meta kollox jidher kollox ħażin — intom kollox għalija."
Hi ttemm tgħid, "Ser inkun qed inkanta din il-kanzunetta għall-ewwel darba fil-pubbliku l-ġimgħa d-dieħla waqt Riga Symphony, fil-Latvja!!! Grazzi kbira lil Claire McCartin għall-appoġġ tagħha f’din il-vjaġġ inkredibbli!"
Facebook / Emma Kate