Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, One Chick and a Yorkie qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ ħelu dwar il-ħbiberija.

Hi qalet, “Nagħmlu mezz li niltaqgħu, niktbu data fuq il-kalendarju biex żgur niltaqgħu, u meta niltaqgħu nitkellmu, niftħu qalbna, nidħku xi daħka u dejjem tgħidli xi ħaġa li tagħmilli l-ġid. Illum għidtli, “lilek nammirak għax li ddaħħal ġo moħħok li trid tagħmlu, tagħmlu.” U emmini, ġaltni naħseb għax tant kultant ngħixu f’ġenn, u tant kemm nagħmlu xorti li l-anqas inkunu qegħdin nirealiżżaw x’aħna nagħmlu tajjeb.”

Żiedet, “Il-ħbieb huma bżonn fil-ħajja. Il-ħbieb huma don, u jekk għandek ħbieb veri għożżhom, titlaqhomx u ibża’ għalihom! U ħabib mhux għal gost biss; għad-dwejjaq, għall-faġġar, għall-qrid u għal kollox qiegħed hemm!”


Gwida.mt