Is-sħana jidher li qed tippersisti u qiegħda dejjem aktar tiżdied kull ma jmur. Bħalissa għaddejja mewġa ta' sħana, bit-temperatura tinħass u toqrob daqs 40 gradi.

Din il-mewġa ta’ sħana se tkopri minn ta’ l-anqas ġimgħa. Il-lejl ftit li xejn se jġib soljev. L-anqas temperaturi billejl se jvarjaw minn 26°C sa 29°C matul l-iljieli kollha f’din il-mewġa ta’ sħana. Id-definizzjoni ta’ mewġa ta’ sħana hija tlett ijiem konsekuttivi jew aktar b’temperaturi massimi li jaqbżu l-medja għal dak iż-żmien tas-sena b’5°C jew aktar. Din il-mewġa ta’ sħana se ġġib magħha temperaturi li se jkunu 10°C ogħla mill-medja kultant.

Il-paġna Malta Weather ħabbru li "l-ħarifa 2021 mistennija li tkun iktar sħuna u niexfa mis-soltu b'ċans ta' maltempati qawwija għall-ewwel minħabba li l-baħar saħan ġmielu u allura, anke jekk jmissna biss tarf ta' front kiesaħ jista' jkun biżżejjed biex iqanqal il-maltemp."


Kyle Zarb