Ħafna nies iqisu il-qtates u l-klieb bħala membri tal-familja u ħbieb maħbuba. Madankollu jieklu annimali li jħobbu l-istess mod, bħall-ħnieżer.

L-uffiċċju tal-kummissarju tal-Animal Welfare ħarġu sejba xjentifika li l-ħnieżer huma aktar intelliġenti mill-klieb, u huma r-raba’ l-iktar annimali intelliġenti wara d-delfini, iċ-ċimpanzes u l-iljunfanti. Il-ħnieżer huma saħansitra aktar intelliġenti minn tfal ta’ 3 snin.

Il-ħnieżer huma wkoll sensittivi, kapaċi wkoll li jkollhom rabta maternali. Għalhekk iħossu biża’ u uġigħ fil-biċċeriji. Huma jkunu jafu wkoll dwar il-mewt imminenti tagħhom minn ħafna qabel.

Allura l-mistoqsija tibqa’… għaliex nipproteġu l-qtates u klieb, u nieklu l-ħnieżer? 


Bernard Xuereb