Bjorn huwa raġel Malti li għandu l-ALS iżda xorta waħda jibqa’ jaħdem kontinwament biex jipprovdi l-appoġġ u jiftaħ djar għall-persuni oħra li jbatu minn din il-marda. Hu spiss jikteb fuq il-paġna tiegħu fuq il-midja soċjali biex joffri kelmtejn ta’ ispirazzjoni għal min jaf ikun għaddej minn żmien ħażin jew xi ftit diffiċli.

Illum Bjorn għażel li jikteb, “Il-ħajja tpoġġilna ħafna sfidi, imma aħna rridu jkollna s-saħħa biex nirbħu, nispiraw lil xulxin, u nappoġġjaw lil min hu fil-bżonn. Il-festi t-tajba.”

Bjorn huwa persuna li kulħadd għandu jammira, għaliex minkejja l-isfidi kollha li toffrilu l-ħajja, hu jibqa’ jissielet biex joffri t-tama u l-għajnuna ħalli nies bl-ALS u mard ieħor li jirrikkjedi ċertu livell ta’ għajnuna, jkunu mogħtija ħajja mimlija dinjita’ bħal ma jixirqilhom.

Facebook / Bjorn Formosa


Gabriella Borg