Ta’ sikwit, Bjorn Formosa jikteb fuq il-midja soċjali kitbiet relatati ma’ Dar Bjorn kif ukoll dwar l-ALS, iżda ta’ sikwit jikteb ukoll messaġġi ta’ gratitudni lejn xi nies li jkunu dejjem hemm. Illum dan ma naqasx hekk kif kiteb dwar l-appoġġ li dawk kollha jtuh b’xi mod.
Hu qal, “Il-ħajja hija mimlija sfidi, imma l-imħabba u l-appoġġ tagħkom jagħtuni l-qawwa biex nibqa’ għaddej. Minkejja l-isfidi, grat lejn kull min qiegħed hemm għalija u jgħinna nagħmlu differenza f’DAR Bjorn.”
Temm billi qal, “Flimkien, nistgħu nibdlu l-isfidi f’tama u f’azzjoni. Grazzi talli intom parti mill-perkors tiegħi.”
Facebook/Bjorn Formosa