Jekk għadek qed taħseb x'ħa ssajjar jew ma għandekx l-iċken idea... naħseb din idea brillanti! Ma tantx ħa taħli ħin u f'ħin qasir tkun qed tiekol ikla tajba u bnina!
Burgers Tat-Tiġieġ Taljani Mingħajr Glutina
Nestle GOFREE Corn Flakes
- Ħin Ta’ Preparazzjoni: 15 Minuta
- Ħin Tat-Tisjir: 10 Minuti
- Livell: Mezzan
- Porzjon: 6
Ingredjenti:
- 450g Laħam tat-tiġieġ jew dundjan
- 250g NESTLE GOFREE Cornflakes, Imfarrkin Irqaq
- 50ml Basla Imqatta’ Rqiqa
- 75g Ħabaq Nixef
- Nofs Kuċċarina Melħ (2g)
- Nofs Kuċċarina Sinna Ta’ Tewma, Imqatt’ Rqiqa
- Vinagrette
- 1 Ħobż Jew Panini Bla Glutina
- Jekk Tixtieq: Tadam, Ħass u Mayonnaise
Metodu:
• Saħħan il-grill u fi skutella kbira ħawwad l-ingredjenti flimkien. Mit-taħlita toħroġ sitt burgers li trid tiffurmahom b’idejk u tara li huma għoljin madwar ċentimetru.
• Poġġi it-taħlita forma ta’ burger fuq il-grill fuq sħana medja-għolja. Agħlaq il-grill; sajjar minn 10 sa 12-il minuta u dawwar darba sakemm it-termometru tal-laħam jaqra mill-inqas 75 ° C. Tista’ sservi l-burgers fuq ħobż; bil-mayonnaise, il-ħass u t-tadam imqatta’ flieli.
• Metodu tal-Stovetop: Ġo taġen, saħħan kuċċarina żejt; sajjar il-forom tat-taħlita fiż-żejt minn 5 sa 6 minuti kull naħa jew sakemm it-termometru tal-laħam mdaħħal fiċ-ċentru jaqra 82 ° Ċ.