Zaleshia ta' 9 Snin u oħtha Zashell ta' 6 snin iddeċidew li jmorru live fuq Facebook sabiex flimkien ikantaw kanzunetta b'dedikazzjoni lill-għażiż missierhom li ġie nieqes tliet snin ilu. It-telfa ta' ġenitur hi waħda kerha għal kull min jesperjenzaha speċjalment meta wieħed ikun ta' età żgħira.

B'kuraġġ kbir, iż-żewġt ibniet ikantaw din il-kanzunetta bl-isem ta' Għażiż Papà. Ix-xahar li ġej, f'pajjiżna niċċelebraw jum il-missier u nittamaw li dawk li għandhom għad għandhom iċ-ċans li jgawdu lil missierhom, jgħożżu dan iż-żmien u jgawduh kemm jista' jkun. Persuna tirrealizza x'tilfet meta l-persuna ma tkun għadha miegħek.

Facebook / Zaleshia Vassallo


Emil Calleja Bayliss