Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Munxarin qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar tal-qsim il-qalb.
Huma qalu, “Illum is-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini Munxarin tilfet wieħed mill-pilastri tagħha. Toni Curmi kien wieħed mill-aktar nies attivi fil-festa u fil-parroċċa tagħna. Dejjem kien hemm minn tal-ewwel biex jagħti d-daqqa t'id meħtieġa f'kull ma kien ikun hemm bżonn.”
Żiedu jgħidu, “M'għandniex kliem biżejjed biex nesprimu s-sogħba tagħna f'dan il-mument diffiċli. Toni kien ħabib tagħna lkoll! Stireħ fis-sliem Ton! J'Alla jkollna l-imħabba li kellek int lejn l-Appostlu Missierna San Pawl! Mingħajr ebda gwadann personali, imma mħabba sinċiera u onesta. Minn qalbna nixtiequ nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari ta’ Toni.”