Cliff D'Ugo mhuwiex wiċċ ġdid għal dawk li jsegwu x-xena tal-mużika lokali. Kien jifforma parti mill-grupp The Boys, flimkien ma' Marc Storace, u minn The Country Brothers. 

Sfortunatament, Cliff ħalla din id-dinja lbieraħ 16 ta' Frar. Ħabbret dan in-neputija tiegħu fuq Facebook, l-attriċi  Becky D'Ugo. 

Cliff kien missier ta' tnejn, Kevin u Rachel, u miżżewweġ lil Annabel, li bla dubju bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli flimkien mal-familjari u l-ħbieb kollha ta' Cliff. 

Kondoljanzi u sabar lil kull min għaddej minn din it-telfa bħalissa. Jistrieħ fis-sliem. 


Marija Bellia