Malta rreġistrat 126 każijiet ġodda ta’ Covid-19, skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, wara li saru 2,686 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-gżejjer irreġistraw 139 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru telgħu għal 7,887 u n-numru ta’ każijiet attivi niżlu għal 2,069. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 10,101 każ u wettqet 433,468 test. It-total ta' mwiet issa tela' għal 146.


Emil Calleja Bayliss