Din is-sena bosta ddedikaw ħinhom biex jieħdu ħsieb il-bejtiet tal-fkieren li nstabu madwar Malta u Għawdex. Jumejn ilu faqqset it-tmien bejta ta’ din is-sena u skont l-ERA faqqsu 67 fekkruna minn din il-bejta li nstabet fir-Ramla l-Ħamra Għawdex
L-ERA kitbu fuq il-midja soċjali tagħhom, “Total ta’ 67 fekruna mit-tmien bejta ta’ 2024. Wara l-iskavar tal-bejta tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex ġie determinat li 67 fekruna faqset minn total ta’ 76-il bajda. Grazzi lil dawk kollha li għenu!”
Prosit immens lil dawk li jieħdu ħsieb dawn il-kreaturi biex jaċċertaw li kollox jimxi sew u li l-ispeċi tal-fkieren li qiegħda f'tant periklu tissaħħaħ.
Facebook / ERA - Environment and Resources Authority