Waqt il-programm Kuxjenza tal-ġimgħa l-oħra, kienu mistiedna tliet persuni li lkoll kelhom x'jaqsmu mas-suġġett dwar is-saħħa mentali. Dawn kienu l-preżenatriċi u attriċi Anna Vella, Dr. Denis Vella Baldacchino u Natius Farrugia. 

Ilkoll żvelaw dwar l-isfidi li esperjenzaw u li affettwawlhom is-saħħa mentali. Mumenti xejn faċli meta tiftaħ qalbek dwar passat iebes bħal dan. Kien hemm ukoll mumenti emozzjonali speċjalment meta l-preżentatriċi tal-programm Maria La Barokka, ftakret f'episodju li tant qanqalha.

Maria semmiet kemm hu sabiħ meta tgħaddi kumpliment, u kemm dan l-episodju hu xhieda ta' dan. Hi tiftakar meta kellha l-programm jismu Bravi, ma' Ryan u Josmar ta' Sibtek, li kienu jduru l-iskejjel u jgħaddu messaġġi pożittivi lit-tfal.

"Jien kont nidħol b'ħafna allegrija, u kont ngħidilhom, 'Hawn kemm għandu tfal sbieħ? Mela tefgħulkom il-glitters qabel twilidtu? Tefgħulkom xi maġija? Kif kollha sbieħ?' U Wara s-sessjoni, nemozzjona ruħi meta niftakar, ġiet fuqi u qaltli, 'Jien sabiħa?' Għidtilha, Int Bellezza'. 'Grazzi, għax ħadd ma qalhieli,' qaltli."

Ara l-episodju ta' Kuxjenza dwar is-saħħa mentali u dak kollu relatat magħha HAWN u llejla tinsiex issegwieh fis-19:05 fuq TVM News +

Kuxjenza / TVM


Kyle Zarb