Maxine Borg, attivista tal-annimali, spiss issalva annimali li jiġu mormija barra fit-toroq. Hi esprimiet messaġġ ta’ rabja għaliex saret xi ħaġa wisq komuni li ssib l-annimali mitfugħin barra.
Hi kitbet, “Mhux sew li tarmu l-annimali barra fit-toroq jew titfgħuhom ġo borża taż-żibel. MHUX SEW! Jekk tistaqsu għall-għajnuna se ssibuha. Ieqfu itfgħu l-annimali barra fit-toroq, misskom tistħu!!”
Hi kompliet tispjega, “L-annimali jirrikjedu x-xogħol, għandhom bżonn l-għajnuna, għandhom bżonn post tajjeb, ikel tajjeb u li tieħdu ħsiebhom sew. Jekk m’intomx lesti biex tikkommettu ruħkom iġġibux annimali.”
Hi qasmet xi ritratti ta’ ġeru żgħir iswed u abjad li jidher li nstab barra fit-triq u kitbet, “Kai issa qiegħed f’post sigur u sew magħna! Daqt ikun għall-adozzjoni.”
Tajjeb inżommu dan il-messaġġ f’moħħna! Dawn l-annimali innoċenti m’għandhomx għalfejn ibatu barra għaliex jistħoqqilhom dar mimlija mħabba.
Facebook / Maxine Borg