L-attur Fabian Scerri De Carlo xtaq jaqsam appell li għamlet omm Jean Paul Sofie, il-ġuvni li tilef ħajtu f'Diċembru li għadda. Waqt li jagħmel dan Fabian jikteb, "Ieqaf, aqra u ifhem sew qabel tikteb l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħok. Jaf tkun qed tagħmel aktar ħsara milli ġid"

Omm Jean Paul tgħid li dak li jinteressa lilha, omm imweġġa' b'dulur wara li tilfet lil binha, hu li tara ġustizzja, irrelevanti minn min. Kul għajnuna hi apprezzata, ġejja minn fejn ġejja, biex tara li ssir ġustizzja ma' binha.

"Jien m'hemmx ahmar jew blu, jien l-unika kulur li qed nara huwa iswed. Hawn xi genitur ma kienx jaghmel bhali? Jien min INKJESTA PUBBLIKA jinteressani ghax l-unika skop f'hajti huwa li jkollna gustizzja, trasparenza u riforma li tahdem halli HADD min uliedna ma jitlef hajtu u jhalli warajh xmara ta' ugigh u dulur etern."

Kuraġġ lil omm Jean Paul u lill-familjari, qraba u ħbieb kollha. 

Facebook/ Fabian Scerri De Carlo


Gwida.mt