Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Pierre, raġel li għal qalbu għandu immens il-karozza tiegħu.

Hu qal, “Dejjem ħlomt li jkolli Corvette u rnexxili. Din ġibtha 10 snin ilu mill-Amerka. Il-karozzi nħobbhom. In-namra ġiet għax kont inkun ma’ sieħbi Victor u ħutu u l-familja tiegħu kellhom il-karozzi. Lanqas liċenzja ma kelli dak iż-żmien. L-ewwel karozza li kelli kienet Morris 1000, imbagħad kelli VW Beetle, wara Marina....”

Żied jgħid, “Ġieli tawni offerti għaliha imma ma nbiegħx. La niflaħ insuq, għandi tibqa’ għax għal qalbi wisq!”


Charlton Cefai