Hawn ħafna li wara li jixorbu l-inbid aħmar jaqbadhom uġigħ ta' ras u r-raġuni għal dan kienet għadha ma nstabitx.  

Skont xi riċerkaturi fl-Università ta' Kalifornja, huwa l-antioxidant imsejjaħ quercetin li jikkawżah.  Il-quercetin, li jinsab fl-għeneb aħmar, għandu tendenza jaffettwa l-mod li bih il-ġisem jassorbi u jimmetabolizza l-alkoħol fil-ġisem. 

Ir-riċerka turi wkoll li l-għeneb iswed jipproduċi aktar quercetin meta jkun fix-xemx, u għalhekk huwa iktar komuni li l-inbejjed ħomor iktar għaljin u ta' kwalità jqabbdu l-uġigħ ta' ras milli l-inbejjed irħas. 

Hemm numru ta' teoriji oħrajn dwar dan u mhux kulħadd jaqbel fuq kull teorija. Lilek iqabbdek uġigħ ta' ras l-inbid aħmar?


Marija Bellia