Netflix qed tibda l-2025 bi ftit kontroversja, hekk kif ħabbru żieda fil-prezzijiet f’diversi reġjuni, inklużi l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Arġentina, u l-Portugall. Din l-aħbar tasal wara li Netflix irrappurtat żieda ta’ 19-il miljun abbonat ġdid fl-aħħar kwart tal-2024 – l-akbar qabża fl-istorja tagħhom – li wasslet biex it-total ta’ abbonati madwar id-dinja jilħaq madwar 302 miljun.

Iż-żieda kienet imħeġġa l-aktar mir-ritorn ta’ sensieliet favoriti bħal Squid Game, li kiser ir-rekords bħala l-akbar premiere ta’ Netflix sal-lum, b’68 miljun li rawh fl-ewwel ġimgħa tiegħu.

Avvenimenti diretti wkoll kellhom irwol ewlieni, b’logħba tal-boxing bejn Jake Paul u Mike Tyson f’Novembru li ġibdet 108 miljun telespettatur, u kien l-aktar avveniment sportiv streamed fl-istorja.

X’Se Jinbidel?

  • Pjan Standard (Bla Reklami): Minn $15.49 għal $17.99
  • Pjan Bi Reklami: Minn $6.99 għal $7.99
  • Pjan Premium (Kwalità 4K): Minn $22.99 għal $24.99

Netflix spjegat, "Hekk kif inkomplu ninvestu fil-programmi u noffru aktar valur lill-membri tagħna, kultant nitolbu lill-membri tagħna biex iħallsu ftit aktar sabiex inkunu nistgħu ninvestu mill-ġdid biex inkomplu ntejbu Netflix."

Din iż-żieda fil-prezzijiet hija konformi max-xejriet fl-istess industrija, hekk kif rivali bħad-Disney, Max, u Apple TV+ ukoll qed iżidu l-prezzijiet tagħhom. Madankollu, Netflix tibqa’ l-mexxejja fil-logħba tal-istrimjar, u żżomm sehem tas-suq li l-kompetituri qed jitħabtu biex ilaħħqu miegħu.

X’taħseb dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta’ Netflix?


Emil Calleja Bayliss