L-App li kapaċi tintraċċa każi pożittivi viċin tiegħek, Covid-19 Alert Malta, jidher li diġa' hawn aktar minn 10,000 persuna li qed tużaha. Din il-faċilità ġiet issuġġerita mill-awtoritajiet tas-saħħa stess.

Times Of Malta rnexxielu anke jieħu xi kummenti minn waħda mir-riċerkaturi ta' Covid-19 Alert Malta. "Waħda mill-aktar affarijiet importanti ta' din l-app hi li ma żżommx dettalji personali" tikkummenta Judie Attard. B'din l-app kapaċi tkun taf jekk il-persuni f'post partikolari kinux qrib ta' xulxin inqas minn 2 metri għal aktar minn kwarta. 

Attard tgħid li din l-app tuża metodu li "Jekk persuna tiġi jdentifikata bħala pożittiv għal Covid-19, tingħata kodiċi mogħti mill-awtoritajiet" u jiġi rreġistrat fis-sistema. Ara dan il-filmat mtella' minn saħħa biex tieħu anke idea dwar dan.


Kyle Zarb