Ftit tal-ħin ilu ġie mħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Jose Herrera, li se jkun qed isir villaġġ tal-karnival ġewwa l-Marsa.

Għal dan il-proġett ġew allokati mal-1.3 miljuni mill-Gvern Malti sabiex dan il-proġett ikun jista’ jsir fil-futur qarib. Dan il-proġett mhux se jsir għall-karnival biss għax dan se jkun ukoll ċentru għall-artisti, fejn ser ikun hemm studios għall-provi tal-mużiċisti fost oħrajn.

“Għandna nkomplu ninċentivaw dawn l-artisti ġodda illi b’ħidmithom u għemilhom qegħdin joħolqu l-pajjiż illi ninsabu fih illum”, qal il-Ministru Herrera.


Henzley  Bezzina