Il-preżentatur u skultur Indri Attard ilbieraħ filgħaxija xerred l-ewwel ritratti tal-bust li ħoloq flimkien ma' Victor Galea fuq il-bażi, tal-mibki u maħbub Dr. Victor Calvagna. 

Fuq il-paġna uffiċjali Puttinu Cares tħabbar dan bir-ritratti tal-inawgurazzjoni. "Ġie inawgurat bust li jonora l-memorja ta Dr. Victor Calvagna ġewwa l-Qawra. Nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ta' din l-inizjattiva mill-isbaħ, lil Indri Attard l-iskultur kif ukoll lil Victor Galea tal-bażi."

Apparti minn hekk Puttinu jirringrazzjaw lil dawk l-atleti li anke ddedikaw ġirja biex illum qed jagħtu ġieħ lil Dr. Calvagna. "Grazzi lill-atleti li ħadu sehem fil-ġirja u kull min ħadem sabiex din it-tifkira tkun waħda memorabbli"

Prosit lil Indri Attard u lil dawk kollha li għamlu din l-inawgurazzjoni possibbli! Strieħ fis-sliem Dr. Calvagna, għal dejjem f'qalbna!


Kyle Zarb