Wara l-prestazzjoni tiegħu fil-Malta Eurovision Song Contest 2025, bosta nies faħħru u staqsew dwar l-ilbies uniku ta’ Dario Bezzina. F’post emozzjonanti fuq Facebook, Dario spjega kif dan l-ilbes ġie ddisinjat u maħdum b'reqqa waqt iż-żjara tiegħu fil-Vietnam, eżatt wara li ġie infurmat li ntgħażel bħala semifinalist.
Il-kreazzjoni ġiet maħduma minn wieħed mid-disinjaturi tal-moda l-aktar umli f’Hanoi, u kull dettall jirrifletti l-istorja u l-vibrazzjonijiet etniċi tal-kanzunetta tiegħu, "Għazliet".
Għal Dario, dawn mhumiex biss ħwejjeġ imma wkoll arti b'bosta memorji, kreattività u passjoni. Il-moda tista’ tkun forma ta’ espressjoni, u Dario żgur li mexha magħha b'din l-għażla unika!
Facebook / Dario Bezzina