Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed iqassam waist bag u bamboo straw lill-istudenti tal-iskejjel primarji tal-gvern fil-Ħamrun. Dan hu parti minn promozzjoni li qiegħed jagħmel il-Kunsill biex nieħdu aktar ħsieb saħħitna, il-lokal u l-ambjent.

Is-Sindku Christian Sammut qal li l-waist bag qiegħed jitqassam bil-ħsieb li t-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-maskra kif ukoll oġġetti oħra bħal hand senitizer speċjalment waqt il-ħin tal-brejk. Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed jgħin biex jitnaqqsu l-istraws tal-plastik u għalhekk qiegħed iqassam ukoll bamboo straws li jistgħu jibqgħu jintużaw u ma jżommux ċertu mikrobi magħhom.

Il-Kunsill qiegħed jaħdem mill-viċin mal-iskejjel fil-Ħamrun biex ikompli jqajjem kuxjenza favur il-lokal u l-ambjent. Huwa ta' sodisfazzjon li kemm l-istudenti u l-għalliema laqgħu din l-inizjattiva.


Kyle Zarb