Is-Sindku ta' San Ġwann, Trevor Fenech għadu kif xeħet fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook ftit ritratti tal-bankijiet li wieħed għandu jsib ġewwa San Ġwann fil-jiem li ġejjin. Bħalissa għaddej ix-xogħol biex jitpoġġew bankijiet bil-bandiera ta' Malta u l-arma ta' San Ġwann ġewwa kull ġnien pubbliku fil-lokalità.

Is-Sindku rringrazzja lil Ministru tat-Turiżmu li qed jgħin f'din l-inizjattiva li għandha tibda minn ġewwa l-ġnien ta' Taż-Żwejt! Is-Sindku ta' San Ġwann jgħid li ċertament dawn huma żminijiet eċitanti għal din il-lokalità. Diġà rajna bankijiet b'tant kuluri ġewwa Wied Il-Għajn, Tas-Sliema u l-Kalkara. Jekk kurjuż dwar x'disinji ħolqu tista' tara l-artiklu li konna ġibna aktar kmieni dan is-sajf billi tafgħas HAWN.


Emil Calleja Bayliss