Belinda jew aħjar Josette Ellul hija l-mara simpatika li tiġbed is-simpatija ta' bosta telespettaturi kif ukoll tal-pubbliku meta tieħu sehem f'xi xogħol teatrali. Għal snin twal, Josette innamrat mal-palk u anke mat-televiżjoni fejn naraw tinterpreta l-parti ta' Belinda fuq il-programm Kalamita.

Ritratt: Facebook/ Kalamita

"Għalija l-ħajja hija sabiħa u dejjem ħarist lejha b'mod pożittiv. Dejjem nirringrazzja lil Alla ta' kull ġurnata li jtini", qaltilha Josette. L-għaxqa tagħha tara lin-nies kuntenti u ferħanin u huwa għalhekk, li tieħu gost li jkollha l-parti ta' kummidjanta biex dejjem iddaħħaq lin-nies.

Iżda l-gideb u l-għira jdejquha kif ukoll in-nuqqas ta' rispett. "Dik hija negattività li jagħmlu l-ħajja tad-dwejjaq", kompliet magħna Josette. Kurżità ħelwa fuq Josette huwa li tipprattika l-Fengshui Chinese Art; arti dwar kif toħloq bilanċ fil-ħajja u li lilha jagħmilha kuntenta u jġiegħelha tħobb id-dinja. Awguri Josette. Ibqa' kif int!

Ritratt: Facebook/ Josette Ellul


Clifford Galea