Il-programmi tad-drama fuq l-istazzjonijiet lokali minn dejjem kienu b’saħħithom f’pajjiżna u ħafna stejjer u karattri daħlu fid-djar tal-Maltin. Vantaġġ li kien jeżisti fil-passat kien li peress li kien hawn ħafna anqas x’wieħed jista’ jsegwi.
Il-poplu kien jinġabar jara l-istess programm imbagħad l-għada, kemm fuq il-postijiet tax-xogħol u anke fil-ħwienet is-suġġett kien ikun wieħed biss – l-episodju tal-bieraħ flgħaxija.
Għamilna lista ta’ uħud mill-aktar drama li għamlu suċċess fil-passat! Ċert li kontu isegwu uħud minnhom u xtaqna naraw għandkomx xi favurit minn dawn? Ħafna minnhom żgur inqanqlukom tifkiriet ħelwin.
Hemm dawk fejn dħaktu, bżajtu u forsi bkejtu għax dħaltu fid-dinja tal-karattri ta’ dik is-sensiela partikolari. Żgur li f’dawn it-tmin sensiliet hemm xi ħaġa għal kulħadd għax diversi ġeneri jiġu esplorati.
Enigma – Sensiela ta’ episodji tal-paranormal. Kienet waħda minn tal-ewwel fuq l-istazzjonijiet lokali u ħasdet lil bosta.
Ritratt: Facebook / Nostalgia Malta
F’Baħar Wieħed – Sensiela fejn parti minn familja tipika Maltija u dak kollu li tgħaddi minnu fil-ħajja ta’ kuljum.
Ritratt: Facebook / NET TV
Fenomeni – Sensiela oħra fejn esplorat l-istejjer tal-paranormal – b’episodju u stejjer strambi ġimgħa wara oħra.
Ritratt: Youtube
Fredu l-Fra – Sensiela komika tal-ġrajjiet li kien jgħaddi u jiltaqa’ magħhom il-fra flimkien ma’ sħabu tal-kunvent.
Ritratt: Facebook / EVO TV & PM Channel
Il-Madonna Taċ-Ċoqqa – Sensiela kontroversjali ferm għal żmienha, fejn tfajla ssir tħobb qassis. Wieħed josserva r-reazzjoni tas-soċjetà Maltija.
Ritratt: Facebook / EVO TV & PM Channel
Il-Mandraġġara – Storja ambjentata fil-Belt, fejn kienet isegwi l-istorja ta’ din it-tfajla u l-konsegwenzi li tispiċċa fihom.
Ritratt: Youtube
Ipokriti – L-ewwel telenovela fuq l-istazzjonijiet lokali li ħakmet l-attenzjoni tat-telespettatur bi kbir.
Ritratt: Facebook / Nostalgia Malta
Ronnie – Sensiela oħra komika ta’ familja Maltija fejn il-mara tad-dar kellha pusses fuq żewġha.
Ritratt: Facebook / Nostalgia Malta
Matul iż-żmien daħlet aktar kompetizzjoni, fetħu aktar stazzjonijiet u ħafna segwaċi, barra l-istazzjonijiet lokali, infetħitilhom dinja oħra permezz tal-internet però għalkemm dan forsi xekkel xi ftit, id-drama lokali xorta waħda baqgħet b’saħħitha.
Il-livell tal-produzzjoniet lokali tjieb u mexa maż-żmien ukoll. Dan ħoloq aktar kompetittività u t-telespettatur gawda b’aktar kwalità u b’xelta varjata. Kien hemm xi sensiela oħra li kont isegwi jew forsi tisma’ lil xi ħadd dejjem isemmi l-istess sensiela mill-passat? Għidilna hawn taħt!
Instagram / abraxas.mx