Id-DPM Chris Fearne flimkien mal-awtoritajiet qiegħed jaħdem bla waqfien u jagħmel kull ma jista' biex Malta tiġġieled aktar kontra l-pandemija.
Fejn jidħol il-vaċċin tana diversi aġġornamenti u fil-fatt jidher li dal-aħħar anke tkellem mal-Ministri Ewropej Tas-Saħħa favur pajjiżi żgħar bħal Malta u dwar l-aċċess li għandu jkollhom għall-mediċini.
"llum erġajt sħaqt mal-Ministri Ewropej tas-Saħħa, li l-UE għandha tuża’ l-influenza tagħha biex tinsisti li l-pajjiżi kollha jkollhom l-istess aċċess għall-mediċini, inklużi dawk żgħar bħal Malta- kif se jiġri bil-vaċċin tal-COVID-19."
Tassew jistħoqqlu ringrazzjament u apprezzament għax-xogħol kollu li qed jagħmel u talli qed isemma l-vuċi tiegħu favur saħħet pajjiżna!
BBC/ Reuters