Fuq wieħed mill-programmi ta’ Vibe FM wara nofsinhar ta’ Nate, Frank & Rossi bdew jiddiskutu dwar kif inhi r-relazzjoni tagħhom mal-ġirien.

It-tlieta li huma jidher li jmorru tajjeb ħafna mal-ġirien tagħhom u waqt din id-diskussjoni qalulna b’xi stejjer li għandhom magħhom. Frank tkellem dwar meta darba mar fl-22:00 biex jaqla’ xi maduma u l-ġirien ħasbu li daħal xi ħadd jisraq fid-dar għax Frank kien għadu ma mexiex fil-post li qed joqgħod fih.

Valentina semmiet dwar meta waħda mill-ġirien tagħha staqsietha biex tagħlaqilha l-bieb ta’ barra waqt il-ħin li qed tagħmel il-programm tar-radju. Storja li forsi tinstema’ agħar minn din hija dwar Ira Losco. Milli jidher din kienet toqgħod fl-istess blokka ma’ Valentina u darba waqt il-ħin ta’ Nate, Frank & Rossi staqsietha biex tgħinha għax-xirja li xtraw mis-supermarket.

Bħala ċajta Nate issuġġerixxa li jħassru d-diski kollha ta’ Ira Losco minn fuq is-sistema ta’ Vibe FM sabiex ħadd ma jdoqq xi diska minn tagħha.

Facebook / Ira Losco


Henzley  Bezzina