Adrian Gusman, Guru Malti, xerred kitba fuq Facebook dwar kanzunetta mill-Eurovision li ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna. 

Din kienet fuq id-diska “Jezebelle” tal-grupp The Rasmus li rrappreżenta l-Finlandja.  Hu jispjega kif din “hija qima lil wieħed mid-dimonji fejn jissemma Ġesù Kristu” u li “jekk hu veru li jivvutaw in-nies, mela issa nappoġġjaw ukoll it-talb lid-dimonji u il-Eurovision Commitee jaċċettaw dan!”

Spjega wkoll kif  Jezebelle hija wieħed mid-dimonji tas-seduzzjoni li twaqqa’ l-bniedem fil-ħażen tal-ġisem, u bla mistħija quddiem Alla!”

Ħafna nies qablu ma’ Adrian u kkummentaw fuq kif anke d-dehra tal-grupp kienet waħda li stkerrhu! Intom x’taħsbu? 


Marija Bellia