Kersten Borg, id-direttur tal-kompetizzjoni Miss Malta, awgura lil Kim Pelham, li se tkun qed tipparteċipa fil-kompetizzjoni Miss Earth ġewwa l-Filippini.

Borg wassal dan il-messaġġ: "Ilek tistenna ħafna dil-ġurnata, baqa' l-aħħar ftit sigħat issa. Ninsab ċert illi inti eċitata ħafna. Ilek tipprepara ħafna għaliha; għamilt sagrifiċċju u ta' dan ngħidlek grazzi. [...] nawguralek esperjenza mill-isbaħ, li tieħu pjaċir tiltaqa' ma' nies ġodda, titgħallem affarijiet, ikollok il-memorji, u irrispettivament kif jiġi r-riżultat - kemm jien, kemm it-tim ta' Miss Malta, il-kontestanti, il-pubbliku inġenerali - kburin ħafna bik. Jiena pubblikament ngħidlek grazzi tas-sapport u l-għajnuna u l-eżempju tajjeb, testimonjanza mill-aqwa li tagħti lill-kontestanti ta' din is-sena."

Ftit sigħat oħra, Kim se tkun sejra lejn il-Filippini, fejn se tqatta' tliet ġimgħat biex tipprepara għall-kompetizzjoni. Hi se tkun qed tikkompeti ma' aktar minn sebgħin pajjiż ieħor.

Kim rebħet it-titlu Miss Malta 2021 bħal daż-żmien sena ilu. 


Bradley Cachia