L-artista lokali Shyli Rose għaddiet minn telfa iebsa immens ilbieraħ. Dan hekk kif ħalliet din id-dinja oħtha Chanelle Azzopardi. Shyli kitbet messaġġ mill-qalb iddedikat għaliha.
“Minn tgħanniqa, bewsa u messaġġ qabel torqod ‘inħobbok oħt’, għal ritratt, flokk aħmar bir-riħa tiegħek u swudija f’qalbi li l-ebda mediċina ma tista’ tfejjaq. Id-dinja tiegħi mietet miegħek u l-ebda ruħ jekk mhux tiegħek ma terġ,a’ tirxoxtaha. Minn dil-ġurnata, ħajti, hi dik ta’ funeral kuljum, minn xħin nagħlaq għajnejja biex norqod sakemm nerġa’ niftaħhom, ħa nkun qed inqum u nirrepeti l-istess ġurnata, l-istess ħasda, l-istess bikja.”
Shyli tkompli, “Sakemm nerġa’ narak oħti, id-dinja tiegħi ma twassalx għal ġurnata oħra. RIP Oħti, RIP Papà, l-isbaħ anġli fis-sema kemm inħobbkom.” Qasmet anke ritratt prezzjuż immens.
Jiddispjaċina. Kondoljanzi.